Emerson 6888Xi Carbon Monoxide Alarm User Manual


 
114 Appendix A
A
ppendix A: Safety Data 6888Xi Advanced Electronics Instruction Manual
December 2012 PN 51-6888Xi
IMPORTANTI
STRUZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ GĦALL-WIRING U
L-INSTALLAZZJONI TAT-TAGĦMIR
L-istruzzjonijiet tas-sigurtà japplikaw speċifikament għall-Istati Membri ta' l-UE. Dawn għand-
hom jiġu osservati b'mod strett biex tkun żgurata l- konformità mad-Direttiva dwar il-Vultaġġ
Baxx. Stati li mhumiex membri ta' l-UE għandhom ukoll ikunu konformi ma' dan li ġej ħlief jekk
dawn ikunu sostituti mill-Istandards lokali jew Nazzjonali.
1. Konnessjonijiet adegwati ta' l-ert għandhom isiru għall-punti kollha ta' l-ert, interni u
esterni, fejn ikun ipprovdut.
2. Wara l-installazzjoni jew meta tipprova ssolvi 6888Xi problema, l-għatjien kollha tas-sigurtà
u l-erts tas-sigurtà għandhom jitpoġġew lura f'posthom. L-integrità tat-terminali kollha ta' l-
ert għandha tinżamm f'kull ħin.
3. Il-wajers tal-provvista tad-dawl għandhom ikunu konformi ml-ħtiġijiet ta'IEC227 jew
IEC245.
4. Il-wiring kollu għandu jkun adattat għall-użu f'temperatura ta' l-ambjent ta' iktar minn 75°C.
5. Il-glands tal-kejbils kollha li jintużw iridu jkunu ta' daqs intern tali li jipprovdu ankoraġġ
adegwat lill-kejbil.
6. Biex tiżgura t-tħaddim sigur ta' dan it-tagħmir, il-konnessjoni mal-
provvistatad-dawl għandha ssir biss permezz ta' circuit breaker li jiskon-
netta l-kondutturi kollha li jkunu jġorru ċ-ċirkuwiti f'sitwazzjoni meta
jkun hemm il-ħsara. Is-circuit breaker jista wkoll jinkludi swiċċ li jiżola li
jaħdem b'mod mekkaniku. Jekk dan ma jkunx il-każ, mezz ieħor ta' kif
it-tagħmir jiġi skonnettjat minn mal-provvista tad-dawl għandu jkun
ipprovdut, u jkun immrkat b'mod ċar li hu hekk. Is-circuit breakers jew
swiċċijiet iridu jkunu konformi ma' standard rikonoxxut bħal IEC947. Il-
wiring kollu jrid ikun konformi ma' l-istandards lokali, jekk ikun hemm.
7. Meta t-tagħmir jew l-għatjien ikunu mmarkati bis-simbolu fuq il-lemin,
x'aktarx li jkun hemm vultaġġi perikolużi taħthom. Dawn l-għatjien
għandhom jitneħħew biss meta titneħħa l-provvista tad-dawl mit-
tagħmir - u minn ħaddiema tal-manutenzjoni mħarrġa biss.
8. Meta t-tagħmir jew l-għatjien ikunu mmarkati bis-simbolu fuq il-lemin,
ikun hemm periklu mill-uċuħ jaħarqu li jkun hemm taħthom. Dawn l-
għatjien għandhom jitneħħew biss minn ħaddiema tal-manutenzjoni
mħarrġa meta titneħħa l-provvista tad-dawl mit-tagħmir. Ċerti wċuħ jistgħu jibqgħu jaħar-
qu meta tmisshom.
9. Meta t-tagħmir jew l-għatjien ikunu mmarkati bis-simbolu fuq il-lemin, irreferi għall-Manwal
ta' l-Operatur għall-istruzzjonijiet.
10. Is-simboli grafiċi kollha użati f'dan il-prodott huma minn wieħed jew\ iktar mill-istandards li
ġejjin: EN61010-1, IEC417, u ISO3864.
11. Fejn it-tagħmir u t-tikketti huma mmarkati bil-kliem “Tiftaħx Meta Jkun Enerġizzat” jew
kliem simili, hemm periklu ta' nar f'żoni fejn atmosfera esplossiva hi preżenti. It-tagħmir
għandu jinfetaħ biss meta l-provvista tad-dawl tkun mitfija u jkun għadda ħin biżżejjed, kif
speċifikat fuq it-tikketta jew fil-manwal ta' l-istruzzjonijiet, biex it-tagħmir ikun kesaħ – u t-
tagħmir għandu jinfetaħ biss minn staff li jkun imħarreġ.